
About This Job
Opportunità ta’ xogħol - Uffiċċju Notarili
Assistent Amministrattiv
In-Nutar Dr Melvin Polidano qed ifittex persuna motivata u metikoluża biex tingħaqad mat-tim ta’ Polidano and Associates bħala Assistent Amministrattiv.
Dan ix-xogħol ibbażat f’ Ħal Luqa huwa ideali għal min għandu livell ta’ edukazzjoni ta’ *Livell Avvanzat jew ekwivalenti u jixtieq jibda jew ikompli jiżviluppa karriera fil-qasam legali u amministrattiv.
Ir-Responsabbiltajiet ewlenin jinkludu:
• Tassisti fit-tħejjija u ż-żamma ta’ dokumentazzjoni, filwaqt li tiżgura li s-sottomissjonijiet isiru fil-ħin lill-awtoritajiet,
• Twieġeb mistoqsijiet tal-klijenti u żżomm komunikazzjoni professjonali tul il-proċess kollu,
• Tikkollabora mal-kollegi biex il-proċeduri u s-servizz lill-klijenti jkun professjonali u fil-ħin,
• Tħejji u tipprepara dokumenti tal-klijenti biex jiġu sottomessi skont kif meħtieġ;
Ħiliet u Kwalifiki meħtieġa:
• *Edukazzjoni Livell Avvanzat jew ekwivalenti;
• Fluenti fil-lingwa Maltija u professjonali fil-lingwa Ingliża;
• Attenzjoni għad-dettall,
• Ħiliet ta’ komunikazzjoni biex titkellem mal-klijenti b'kunfidenza.
• Kunfidenzjalità,
• Attitudni pożittiva
• Għarfien tajjeb tal-Microsoft Office;
Dan ir-rwol joffri opportunità eċċellenti għal min jixtieq jiżviluppa l-ħiliet tiegħu f’ambjent professjonali.
Interessat/a?
Ibgħat is-CV tiegħek u covering letter fuq [email protected].
*Jekk ma tissodisfax il-kriterji kollha, iżda temmen li tista’ tagħti kontribut, xorta nħeġġuk tapplika biex nsiru nafuk aħjar.